be_ixf;ym_202101 d_16; ct_50
CLOSE

Ryanair X Monster Energy - 2020 - Malta

Enter To Win

Not your country? Select your country from the navigation menu above.

Win a trip to Ibiza for 2!

submit entries from October 01 2020 to January 31 2021

promotion rules

FORMA TWILA TAT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET TAL-PROMOZZJONI

Jekk jogħġbok aqra b’attenzjoni dawn it-termini u l-kundizzjonijiet (“Termini”). Meta tieħu sehem f’din il-promozzjoni (il-“Promozzjoni”), int qed taqbel li tintrabat b’dawn it-Termini. Għandek taqra wkoll il-politika tal-privatezza tagħna fuq www.monsterenergy.com li tispjega kif aħna nużaw id-data li tagħtina meta tieħu sehem fil-Promozzjoni.

Il-Promozzjoni qed tiġi organizzata u amministrata minn Monster Energy Europe Limited ta’ Unit 51 Metropolitan Park, Bristol Road, Greenford, Middlesex UB6 8UP, UK (“Monster Energy”).

Il-Promozzjoni hija miftuħa għall-persuni kollha li għandhom aktar minn tmintax-il sena (18) u li huma residenti fl-Armenja, l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Georgia, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Ġordan, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Montenegro, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, ir-Repubblika tal-Irlanda, is-Serbja, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, l-Ukrajna jew ir-Renju Unit (il-“Pajjiż ta’ Residenza”). L-ebda impjegat jew membru tal-familja ta’ impjegat ta’ Monster Energy, Ryanair DAC, Retail inMotion Ltd jew il-kumpaniji affiljati, is-sottokuntratturi, l-aġenti jew assenjati tagħhom jew kwalunkwe persuna oħra konnessa professjonalment mal-Promozzjoni mhi permessa tiegħu sehem fil-Promozzjoni.

Il-Promozzjoni qed titmexxa permezz tas-sit web fuq www.monsterenergy.com/ryanair (is-“Sit Web”) u promossa permezz tal-materjal promozzjonali fuq titjiriet parteċipanti ta’ Ryanair.

Meta tieħu sehem fil-Promozzjoni skont dawn t-Termini, kull parteċipant (“int”, “tiegħek”, “parteċipant”) jaqbel li jkun marbut b’dawn it-Termini u bid-deċiżjoni(jiet) ta’ Monster Energy, u d-deċiżjoni tagħha tkun finali fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati ma’ din il-Promozzjoni. Monster Energy mhix se twieġeb ebda korrispondenza ulterjuri.

Il-ħinijiet u d-dati stabbiliti f’dawn it-Termini jirreferu għall-Ħin Universali Koordinat (“UTC”). Fil-każ ta’ kwalunkwe tilwima rigward il-ħin jew id-data ta’ kwalunkwe entrata sottomessa, id-deċiżjoni ta’ Monster Energy tkun finali.

Mhu meħtieġ l-ebda akkwist ta’ xi prodott biex tieħu sehem fil-Promozzjoni.

Entrata

Id-data tal-bidu tal-Promozzjoni hija f’00:01 UTC nhar l-01.10.2020 (“Data tal-Bidu”) u d-data tal-għeluq għall-Promozzjoni hija f’23:59 UTC nhar il-31.01.2021 (“Data tal-Għeluq”).

Il-parteċipanti jistgħu jieħdu sehem fil-Promozzjoni billi:

(a) jaġixxu skont dawn it-Termini; u

(b) jissottomettu d-dettalji tagħhom kif diretti fuq is-Sit Web (li huma l-isem sħiħ, l-indirizz residenzjali, id-data tat-twelid, in-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku).

Premju u Rekwiżiti

Kull parteċipant li jissottometti l-entrata tiegħu b’mod validu kif stabbilit hawn fuq (kull “Entrata Valida”) jiġi inkluż fil-lotterija bi premju li ssir fi żmien sebat (7) ijiem mid-Data tal-Għeluq (il-“Lotterija”).

L-ewwel żewġ (2) Entrati Validi magħżula b’mod każwali mil-Lotterija (kull wieħed “Rebbieħ” u flimkien ir-“Rebbieħa”) se jirbħu vjaġġ għal żewġ (2) persuni lejn Ibiza, Spanja għal tlett (3) iljieli minn 14.08.21 – 17.08.21, li se jikkonsistu f’dan li ġej (il-“Premju”):

titjiriet economy bir-ritorn għal żewġ (2) persuni lejn Ibiza, Spanja (l-“Ajruport tad-Destinazzjoni”) mill-Pajjiż ta’ Residenza ta’ kull Rebbieħ, l-ajruport u t-titjiriet speċifiċi jiġu ddeterminati minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha;

akkomodazzjoni f’kamra ta’ tnejn għal żewġ (2) persuni għal tlett (3) iljieli f’lukanda bi klassifikazzjoni ta’ mhux inqas minn tliet (3) stilel li tintgħażel minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha (il-“Lukanda”);

trasferimenti economy bir-ritorn mill-Ajruport tad-Destinazzjoni sal-Lukanda għal żewġ (2) persuni, kif iddeterminati minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha;

pranzu għal żewġ (2) persuni f’Café Mambo;

biljetti għal żewġ (2) persuni għal żewġ (2) club nights, kif iddeterminati minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, id-dettalji tal-elementi tal-premju elenkati hawn fuq jiġu ddeterminati minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha, suġġetti għad-disponibbiltà.

Huma biss ir-Rebbieħa u persuna waħda (1), kif magħżula minn kull Rebbieħ (kull waħda il-“Persuna Eletta” u flimkien il-“Persuni Eletti”) jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-Premju. Il-Persuni Eletti jridu jiġu approvati minn Monster Energy, ikollhom aktar minn tmintax-il (18) sena u jkunu residenti fl-istess Pajjiż ta’ Residenza bħar-Rebbieħ li għażluhom. Ir-Rebbieħa u l-Persuni Eletti jrid ikollhom passaporti validi li ma jiskadux qabel l-01.03.2022 sabiex jieħdu l-Premju.

Qabel ma jiġi ddikjarat Rebbieħ u jirċievi l-Premju tiegħu, Rebbieħ potenzjali u l-Persuna Eletta tiegħu jkunu meħtieġa biex:

jagħtu prova tal-eliġibbiltà, inkluż, iżda mhux limitat għal, prova tal-età, residenza, identità, li tista’ tinkludi iżda mhix limitata għal kopja tal-prova ta’ residenza, passaport u/jew identifikazzjoni simili maħruġa mill-gvern, u

jiffirmaw eżenzjoni mħejjija minn Monster Energy, fid-diskrezzjoni kompleta tagħha, li hija speċifika għall-Premju li tikkonferma l-fehim, il-konformità ma’ u l-aċċettazzjoni tal-eżenzjoni. Kopji tal-konferma u l-eżenzjoni applikabbli jistgħu jinkisbu fuq talba lil [email protected]

Jekk jonqos milli jipprovdi din l-informazzjoni lil Monster Energy fil-limitu ta’ żmien raġonevoli ddeterminat minn Monster Energy jista’ jwassal biex ir-Rebbieħ iċedi l-Premju u Monster Energy ittella’ Entrata Valida oħra hekk kif ikun possibbli wara dan.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, l-ispejjeż l-oħra kollha assoċjati mal-Premju, inkluż iżda mhux limitati għal taxxi, assigurazzjoni tas-saħħa valida għall-ivvjaġġar, viża tal-ivvjaġġar (jekk applikabbli), trasport, tagħmir, manteniment, kwalunkwe divertiment u kull ħaġa oħra relatata mal-Premju li mhix speċifikament inkluża u msemmija fid-definizzjoni tal-Premju t’hawn fuq se titħallas mir-Rebbieħa biss. L-akkomodazzjoni hija fuq bażi ta’ kamra biss u r-Rebbieħa u l-Persuni Eletti tagħhom ikunu responsabbli għall-ikel u x-xorb ikkonsmat fil-Lukanda u kull post ieħor u t-tariffi addizzjonali kollha tal-kamra. Ir-Rebbieħa għaldaqstant jaqblu li jiffirmaw u jkunu konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha pprovduti mill-fornituri tas-servizz rilevanti għas-servizzi msemmija hawn fuq.

Hija r-responsabbiltà tar-Rebbieħa li jipprovdu kull dokumentazzjoni meħtieġa u kull rekwiżit legali ieħor għall-Premju u/jew dokumentazzjoni meħtieġa mil-liġi u/jew minn Monster Energy.

Notifika u Twassil tal-Premju

Ir-Rebbieħa jiġu nnotifikati permezz ta’ email u/jew permezz tal-mowbajl permezz tal-indirizz elettroniku u/jew in-numru tal-mowbajl ipprovdut fl-applikazzjoni għall-Promozzjoni fi żmien sebat (7) ijiem mil-Lotterija (“Notifika”). Applikanti li ma jgħaddux ma jiġux notifikati.

Id-dettalji tat-twassil tal-Premju jiġu ddeterminati minn Monster Energy fid-diskrezzjoni kompleta tagħha. Id-dettalji tat-twassil tal-Premju (inkluż iżda mhux limitat għall-ħin, id-data u l-post tat-twassil) jiġu pprovduti lir-Rebbieħa man-Notifika.

Fil-każ li Monster Energy ma tistax tikkuntattja Rebbieħ potenzjali fi żmien sebat (7) ijiem min-Notifika jew Rebbieħ potenzjali mhux disponibbli biex jattendi għall-Premju għal kwalunkwe raġuni liema tkun, tali entrata tkun meqjusa bħala nulla u invalida u Monster Energy ittella’ Entrata Valida oħra jekk kif tkun tista’ tagħmel dan.

Termini Ġenerali

L-applikanti huma limitati għal entrata waħda (1) għal kull persuna u kull applikant ma jistax jissottometti jew jipprova jissottometti aktar minn entrata waħda (1). Monster Energy tirriżerva d-dritt li tirrifjuta l-entrata ta’ kwalunkwe individwu għall-Promozzjoni li jissottometti jew jipprova jissottometti aktar minn entrata waħda (1).

L-entrati ma jkunux validi jekk isiru online permezz ta’ metodi ġġenerati minn script, makro jew l-użu ta’ tagħmir awtomatizzat. Monster Energy tirriżerva d-dritt li tivverifika l-validità tal-entrati u li teskludi entrati li temmen li saru permezz ta’ kwalunkwe teknika ta’ entrata awtomatizzata.

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, huwa meħtieġ kompjuter jew tagħmir ieħor lest għall-internet u aċċess għall-internet biex tieħu sehem fil-Promozzjoni. Hija r-responsabbiltà tal-parteċipanti li jaċċertaw li jinkiseb permess mis-sid tal-kompjuter u l-individwu li jħallas għall-fornitur tas-servizz tal-internet. Ma jista’ jintalab ebda rimborż għall-ispejjeż relatati mal-użu ta’ konnessjoni tal-internet bl-iskop għall-parteċipazzjoni fil-Promozzjoni.

L-entrati kollha huma meqjusa li ġew riċevuti fil-ħin tal-entrata fil-bażi tad-data ta’ Monster Energy u mhux fil-ħin meta l-entrata tintbagħat lis-Sit Web mill-applikant.

Jekk tinqala’ tilwima rigward l-identità tar-Rebbieħ, id-deċiżjoni ta’ Monster Energy tkun finali.

Li tissottometti l-formola tal-entrata online jew kwalunkwe forma oħra ta’ evidenza tas-sottomissjoni tal-formola tal-entrata online mhix prova li l-entrata tiegħek ġiet riċevuta. Monster Energy ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal entrati li jimtlew ħażin, jintilfu, jiddewmu jew li jiġux riċevuti għal kwalunkwe raġuni.

Il-Premju huwa kif inhu deskritt u mhux trasferibbli, ma jistax jiġi skambjat u l-ebda alternattiva ta’ flus kontanti ma tiġi offruti fil-każ li Rebbieħ ma jistax jikklejmja l-Premju tiegħu għal kwalunkwe raġuni liema tkun. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew Monster Energy ma tkunx tista’ twassal il-Premju minħabba l-pandemija tal-COVID-19 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, Monster Energy tirriżerva d-dritt li tissostitwixxi l-Premju sħiħ jew komponenti tal-Premju bi premjijiet ta’ valur ugwali jew akbar..

Ir-Rebbieħa jaqblu li jieħdu sehem u jipprovdu li l-Persuni Eletti jaqblu li jieħdu sehem f’pubbliċità raġonevoli minħabba l-Promozzjoni jekk mitluba li jagħmlu dan minn Monster Energy u r-Rebbieħa u l-Persuni Eletti jagħrfu li Monster Energy tista’ tuża isimhom, ir-ritratt u rekordings tal-awdjo u/jew viżivi tagħhom fi kwalunkwe pubbliċità relatata mal-Promozzjoni kif spjegat fil-politika tal-privatezza ta’ Monster Energy.

Jekk Monster Energy tonqos li tkun konformi ma’ dawn it-Termini, hija tkun responsabbli għal telf jew ħsara li jġarrab l-applikant li hija riżultat prevedibbli tal-ksur ta’dawn it-Termini min-naħa ta’ Monster Energy jew min-negliġenza tagħha. iżda mhix responsabbli għal kwalunkwe telf jew ħsara li mhix prevedibbli. It-telf jew il-ħsara hija prevedibbli jekk kienu konsegwenza ovvja tal-ksur ta’ Monster Energy jew jekk kienu maħsuba mill-applikant u Monster Energy meta l-applikant ħa sehem fil-Promozzjoni. Barra mir-responsabbiltà ta’ Monster Energy għal telf jew ħsara prevedibbli, Monster Energy u/jew kwalunkwe mill-kumpaniji affiljati tagħha, l-impjegati, id-diretturi, l-aġenti, l-assenjati jew sottokuntratturi tiċħad kull responsabbiltà sakemm huwa permissibbli mil-liġi.

Jistgħu jseħħu avvenimenti li minħabba fihom il-Promozzjoni nnifisha jew l-għoti tal-Premju jkun impossibbli minħabba raġunijiet li mhumiex fil-kontroll ta’ Monster Energy u għaldaqstant Monster Energy tista’, fid-diskrezzjoni assoluta tagħha, tvarja jew temenda l-Promozzjoni u l-applikant jifhem li Monster Energy ma għandha l-ebda responsabbiltà minħabba dan.

Monster Energy tirriżerva d-dritt biex:

tibdel il-format tal-Promozzjoni u/jew iddewwem jew tipposponi l-Promozzjoni jew kwalunkwe stadju, totali jew parzjali, minħabba r-raġunijiet lil hinn mill-kontroll raġonevoli tagħha, mingħajr responsabbiltà għall-applikant; u/jew

tiċħad l-entrata ta’ kwalunkwe individwu għall-Promozzjoni jew promozzjonijiet futuri organizzati minn Monster Energy: (i) fejn Monster Energy temmen b’mod raġonevoli li l-Premju ġie ttrasferit minn parti terza totalment jew parzjalment; (ii) fejn applikant ġie skwalifikat minn kwalunkwe kompetizzjoni jew promozzjoni ta’ Monster Energy fit-tnax-il (12) xahar qabel id-Data tal-Bidu; (iii) fejn Monster Energy temmen b’mod raġonevoli li tali individwu ma kkonformax ma’ dawn it-Termini; u/jekk (iv) fejn tali individwu huwa ineliġibbli li jieħu sehem fil-Promozzjoni (jew jekk il-parteċipazzjoni fil-Promozzjoni għandha tkun irrifjutata għal kwalunkwe raġuni liema tkun).

Għajr għal dak li ġie espressament speċifikat f'dawn it-Termini, Monster Energy ma għandha l-ebda responsabbiltà għal kosts jew spejjeż li jistgħu jinġarrbu mill-applikant. Ir-Rebbieħa huwa responsabbli għal kwalunkwe taxxa li tista’ tkun pagabbli fir-rigward tal-Premju.

Huwa rrakkomandat li l-applikanti kollha jżommu kopja ta’ dawn it-Termini għal referenza fil-futur.

Int taċċetta li ismek jista’ jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku jekk int Rebbieħ. L-ismijiet tar-Rebbieħa huma disponibbli billi tikkuntattja lil Monster Energy fuq www.monsterenergy.com/contact-us fi żmien 90 jum mid-Data tal-Għeluq.

Il-Promozzjoni u dawn it-Termini huma rregolati mil-liġijiet tal-Ingilterra u ta’ Wales suġġetti għad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-konsumaturi lokali li jistgħu japplikaw għall-benefiċċju tiegħek bl-applikazzjoni tal-liġi u xejn fil-Promozzjoni u f’dawn it-Termini ma jaffettwa d-drittijiet tiegħek bħala konsumatur biex tiddependi fuq tali dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi lokali.

L-applikanti jistgħu jippreżentaw proċeduri legali fir-rigward tal-Promozzjoni u dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet fil-qrati Ingliżi. Madankollu, dan ma jillimitax id-drittijiet obbligatorji tal-konsumaturi taħt il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-Promozzjoni jew jekk teħtieġ tikkuntattjana, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim tagħna għas-servizz tal-klijenti fuq www.monsterenergy.com/contact-us.

//////

LONG FORM PROMOTION TERMS & CONDITIONS

Please read these terms & conditions (“Terms”) carefully. By entering this promotion (the “Promotion”) you are agreeing to be bound by these Terms. You should also read our privacy policy at www.monsterenergy.com which explains how we will use the data you provide us with when entering the Promotion.

The Promotion is being organised and operated by Monster Energy Europe Limited of Unit 51 Metropolitan Park, Bristol Road, Greenford, Middlesex UB6 8UP, UK (“Monster Energy”).

The Promotion is open to all persons over eighteen (18) years of age and who are resident in Armenia, Austria, Bulgaria, Czech Republic, Denmark, Estonia, Finland, France, Georgia, Germany, Greece, Hungary, Jordan, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Malta, Montenegro, Netherlands, Norway, Poland, Republic of Ireland, Serbia, Slovakia, Spain, Sweden, Switzerland, Ukraine or United Kingdom (“Country of Residence”). No employee or family member of an employee of Monster Energy, Ryanair DAC, Retail inMotion Ltd or their affiliated companies, subcontractors, agents or assigns or anyone else professionally connected with the Promotion is permitted to enter the Promotion.

The Promotion is being conducted through the website at www.monsterenergy.com/ryanair (the “Website”) and promoted through promotional material on participating Ryanair flights.

By entering the Promotion pursuant to these Terms, each entrant (“you”, “your”, “entrant”) agrees to be bound by these Terms and by the decision(s) of Monster Energy, whose decision shall be final, in relation to all matters relating to the Promotion. No further correspondence will be entered into by Monster Energy.

All times and dates set out in these Terms refer to Coordinated Universal Time (“UTC”). In the event of any dispute over the time or date of any entry submitted, the decision of Monster Energy shall be final.

No purchase of any product is required to enter the Promotion.

Entry

The commencement date of the Promotion is 00:01 UTC on 01.10.2020 (“Commencement Date”) and the closing date for the Promotion is 23:59 UTC on 31.01.2021 (“Closing Date”).

Entrants may enter the Promotion by:

(a) acting in accordance with these Terms; and

(b) submitting their details as directed on the Website (being full name, residential address, date of birth, phone number and email address).

Prize & Requirements

Each entrant that validly submits their entry as set out above (each a “Valid Entry”) will be entered into the prize draw to be held within seven (7) days of the Closing Date (“Draw”).

The first two (2) Valid Entries randomly selected from the Draw (each a “Winner” and together the “Winners”) shall win a trip for two (2) people to Ibiza, Spain for three (3) nights from 14.08.21 – 17.08.21, which shall consist of the following (“Prize”):

return economy flights for two (2) people to Ibiza, Spain (“Destination Airport”) from each Winner’s Country of Residence, the specific airport and flights to be determined by Monster Energy in its complete discretion;

twin room accommodation for two (2) people for three (3) nights in a no less than three (3) star rating hotel to be selected by Monster Energy in its complete discretion (“Hotel”);

return economy transfers from Destination Airport to Hotel for two (2) people, as determined by Monster Energy in its complete discretion;

dinner for two (2) people at Café Mambo;

tickets for two (2) people to two (2) club nights, as determined by Monster Energy in its complete discretion.

For the avoidance of doubt, the particulars of the prize elements listed above shall be determined by Monster Energy in its complete discretion, subject to availability.

Only the Winners and one (1) person, as chosen by each Winner (each an “Elected Person” and together the “Elected Persons”), may enjoy the benefits of the Prize. The Elected Persons must be approved by Monster Energy, be over the age of eighteen (18) years and be resident in the same Country of Residence as the Winner that has chosen them. The Winners and the Elected Persons must hold valid passports that do not expire before 01.03.2022 in order to redeem the Prize.

Before being declared a Winner and receiving their Prize, a potential Winner and their Elected Person will be required to:

prove eligibility, including, without limitation, proof of age, residence, identity, which may include but is not limited to a copy of proof of residence, passport and/ or similar government issued identification; and

sign a waiver prepared by Monster Energy, in its complete discretion, specific to the Prize confirming understanding, compliance with and acceptance of the waiver. Copies of the applicable confirmation and waiver can be obtained upon request to [email protected]

Failure to provide Monster Energy with this information within the reasonable timeframe set by Monster Energy may result in a Winner forfeiting the Prize and Monster Energy drawing another Valid Entry as soon as reasonably possible thereafter.

For the avoidance of doubt, all other costs associated with the Prize, including without limitation tax, valid health insurance for travel, travel visa (if applicable), transportation, equipment, sustenance, any entertainment and anything related to the Prize not specifically included and outlined in the definition of the Prize above will be borne solely by the Winners. Accommodation is on a room only basis and the Winners and their Elected Persons will be responsible for all food and beverage consumed at the Hotel and elsewhere and all additional room charges. The Winners hereby agree to sign and comply with any terms and conditions provided by the relevant service providers for the services set out above.

It is the responsibility of the Winners to provide any required documentation and any other legal requirements for the Prize and/or documentation required by law and/or Monster Energy.

Notification and Prize Delivery

The Winners will be notified by email and/or by telephone via the email address and/or telephone number provided to enter the Promotion within seven (7) days of the Draw (“Notification”). Unsuccessful entrants will not be notified.

The delivery details of the Prize shall be determined by Monster Energy in its complete discretion. Details of delivery of the Prize (including but not limited to the time, date and location of delivery) shall be provided to the Winners at Notification.

In the event that Monster Energy cannot contact a potential Winner within seven (7) days of the Notification or a potential Winner is unavailable to attend the Prize for any reason whatsoever, such entry will be deemed null and void and Monster Energy shall draw another Valid Entry as soon as reasonably possible thereafter.

General Terms

Entrants are limited to one (1) entry per person and each entrant shall not submit or attempt to submit more than one (1) entry. Monster Energy reserves the right to refuse entry of any individual to the Promotion who submits or attempts to submit more than one (1) entry.

Entries will not be valid where they are made online using methods generated by a script, macro or the use of automated devices. Monster Energy reserves the right to verify the validity of entries and to exclude entries it believes have been made using any automated entry techniques.

For the avoidance of doubt a computer or another internet-ready device and internet access is required to enter the Promotion. It is the responsibility of the entrants to ensure permission is gained from the owner of the computer and the individual who pays for the internet service provider. No refund may be claimed for expenses related to the use of an internet connection for the purpose of participating in the Promotion.

All entries are deemed to have been received at the time of entry into Monster Energy’s database and not at the time when the entry is sent to the Website by the entrant.

If there is any dispute as to the identity of a Winner the decision of Monster Energy shall be final.

Submitting the online entry form or any other form of evidence of submitting the online entry form is not proof that your entry has been received. Monster Energy accepts no responsibility for entries that are incorrectly completed, lost, delayed or which are not received for any reason.

The Prize is as described and is not transferable, not exchangeable and no cash alternative will be offered in the event that a Winner is unable to claim their Prize for any reason whatsoever. In the event of unforeseen circumstances or Monster Energy being unable to deliver the Prize due to the COVID-19 pandemic or for any other reason, Monster Energy reserves the right to replace the entire Prize or Prize components with prizes of equal or greater value.

The Winners agree to participate and shall procure that the Elected Persons agree to participate in reasonable publicity resulting from the Promotion if requested to do so by Monster Energy and the Winners and the Elected Persons acknowledge that Monster Energy can use their name, photograph and audio and/or visual recordings of them in any publicity relating to the Promotion as described in Monster Energy’s privacy policy.

If Monster Energy fails to comply with these Terms, it is responsible for loss or damage an entrant suffers that is a foreseeable result of Monster Energy's breach of these Terms or its negligence, but it is not responsible for any loss or damage that is not foreseeable. Loss or damage is foreseeable if they were an obvious consequence of Monster Energy's breach or if they were contemplated by the entrant and Monster Energy at the time that the entrant entered the Promotion. Besides Monster Energy's liability for foreseeable loss or damage, Monster Energy and/or any of their affiliate companies, employees, directors, agents, assigns or sub-contractors disclaims any and all liability to the fullest extent permissible by law.

Events may occur that render the Promotion itself or the awarding of the Prize impossible due to reasons beyond the control of Monster Energy and accordingly Monster Energy may, at its absolute discretion, vary or amend the Promotion and the entrant agrees that no liability shall attach to Monster Energy as a result thereof.

Monster Energy reserves the right to:

change the format of the Promotion and/or delay or postpone the Promotion or any stage(s), in whole or in part due to reasons beyond its reasonable control, without liability to the entrant; and/or

refuse entry of any individual to the Promotion or future promotions organised by Monster Energy: (i) where Monster Energy reasonably believes that the Prize has been transferred to a third party in whole or in part; (ii) where an entrant has been disqualified from any Monster Energy competition or promotion in the twelve (12) months prior to the Commencement Date; (iii) where Monster Energy reasonably believe such individual has not complied with these Terms; and/or (iv) where such individual is ineligible to participate in the Promotion (or if participation in the Promotion should have been refused for any reason whatsoever).

Save as expressly set out in these Terms, Monster Energy has no liability for any costs or expenses that may be incurred by any entrant. The Winners will be liable for any tax chargeable in relation to the Prize.

It is advised that all entrants retain a copy of these Terms for future reference.

You accept that your name may be made available to the public if you are a Winner. The Winners’ names are available by contacting Monster Energy at www.monsterenergy.com/contact-us within 90 days of the Closing Date.

The Promotion and these Terms are governed by the laws of England and Wales subject to mandatory provisions of local consumer law that may apply for your benefit by operation of law and nothing in the Promotion and these Terms affect your rights as a consumer to rely on such mandatory provisions of local law.

Entrants can bring legal proceedings in respect of the Promotion and these Terms and Conditions in the English courts. However, this shall not limit consumers' mandatory rights under the applicable consumer protection legislation.

If you have any questions about the Promotion or if you need to get in touch with us, please contact our customer service team at www.monsterenergy.com/contact-us.